Sejħa għal Promoturi tal-Litteriżmu (Teknoloġija tal-Informatika) full-time [Literacy Resource Leader (IT)] mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
Numru tal-Permess tal-Jobsplus: 239/2021 (it-Raba’ Sejħa)
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qiegħda tilqa’ applikazzjonijiet għal Promoturi tal-Litteriżmu (Teknoloġija tal-Informatika) full-time jew part-time (ekwivalenti għal pożizzjoni waħda full-time) b’kuntratt indefinit.
Sad-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa l-applikanti jrid ikollhom dawn ir-rekwiżiti:
1. Kwalifika tal-Livell 6 tal-MQF, b’ minimu ta’ 180 kredtu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u li tinkludi t-Teknoloġija tal-Informatika bħala qasam ewlieni tal-istudju (preferibbilment b’interess fl-Intelliġenza Artifiċjali u/jew ir-Robotika), jew ekwivalenti, jew ogħla; U
2. ĊES (Gradi 1-5) fil-lingwa Maltija u dik Ingliża, jew ekwivalenti, jew ogħla.
Jiġu aċċettati wkoll applikazzjonijiet mingħand studenti li qegħdin itemmu kors li jwassal għall-kwalifika msemmija f’(1) hawn fuq. F’każ ta’ selezzjoni, l-impjieg ikun suġġett għall-kisba tal-kwalifika sal-aħħar tas-sena 2021.
L-applikanti huwa wkoll mistennija li:
· Jaħdmu ħinijiet flessibbli u minn lokalitajiet differenti hekk kif meħtieġ mill-Aġenzija.
· Jkunu kapaċi jipprogrammaw b’lingwi tal-kompjuter u jgħallmu ħiliet bażiċi ta’ kodifikazzjoni.
· Jkollhom il-ħiliet neċessarji għad-disinn, iż-żamma, u l-promozzjoni tas-sit elettroniku tal-Aġenzija u l-paġni tagħha fuq il-midja soċjali.
Applikanti b’esperjenza ta’ ħidma ma’ tfal u żgħażagħ f’kuntest edukattiv jingħataw preferenza.
Mal-applikazzjoni għandhom jinhemżu kopji ta’ ċertifikati u/jew dokumenti relevanti fosthom il-kwalifiki u l-esperjenza mitluba f’din is-sejħa.
Il-kandidati għandhom jibagħtu ittra ta’ applikazzjoni flimkien mal-kwalifiki u l-esperjenzi fil-format tal-European Curriculum Vitae, kopja taċ-ċertifikati relevanti tagħhom, ċertifikat tal-Kondotta riċenti maħruġ mill-Pulizija u l-lista tax-xogħol li għamlu tul ħajjithom mill-Jobsplus, permezz ta’ ittra elettronika lil nlarecruitment@ilearn.edu.mt jew bil-posta lil Reklutaġġ, L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, Triq Ġużè Abela Scolaro, il-Ħamrun HMR 1304 sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 17 ta’ Settembru 2021, f’nofsinhar.
Applikazzjonijiet bil-posta għandhom jintbagħtu rreġistrati u kmieni biżżejjed biex jaslu qabel id-data tal-għeluq. L-applikanti se jiġu mgħarrfa li tkun waslet l-applikazzjoni fi żmien sebat ijiem. Applikazzjonijiet li jaslu tard ma jiġux ikkunsidrati.
Għal aktar dettalji dwar l-irwol u l-kundizzjonijiet tal-impjieg, ibgħat ittra elettronika lil nlarecruitment@ilearn.edu.mt jew ċempel 2598 3325.
_____________________________
Call for full-time Literacy Resource Leader (IT) within the National Literacy Agency
Jobsplus Permit Number: 239/2021 (Forth Call)
The National Literacy Agency is seeking to recruit one full-time Literacy Resource Leader (IT) OR part-time Literacy Resource Leaders (IT) (equivalent to one full-time position) on indefinite contract.
Applicants must fulfil the following eligibility criteria by the closing date:
1. Be in possession of a recognised qualification at MQF Level 6, subject to a minimum of 180 ECTS/ECVET credits, or equivalent, which includes Information Technology as a main area of study (preferably with an interest in Artificial Intelligence and/or Robotics), or equivalent, or higher; AND
2. SEC (Grades 1-5) in Maltese and English languages, or equivalent, or higher.
Applications from students finishing a course that leads to the qualification referred to in (1) above will be considered. In case of selection, the appointment will be subject to the attainment of the qualification by the end of 2021.
Applicants are expected:
· To be able to work flexible hours and at different places as determined by the Agency.
· To be proficient in the use of programming languages and have the skills to teach the basics of coding.
· To be able to design, maintain and promote the Agency’s website and social media pages.
Applicants with experience in work with children or youths within an educational setting will be given preference.
Qualifications and claimed experience must be supported by certificates and/or testimonials, copies of which should be attached to the application.
Candidates should submit their letter of application, together with a summary of qualifications and experience in a European Curriculum Vitae Format, a copy of their relevant scanned certificates, a valid police conduct certificate and their Jobsplus employment history, by email to nlarecruitment@ilearn.edu.mt or by post to Recruitment, National Literacy Agency, NCC, Joseph Abela Scolaro Street, Ħamrun HMR 1304 by not later than Friday 17th September 2021, at noon.
Applications by post should be sent by registered mail, allowing sufficient time to ensure delivery by the above deadline. Applications will be acknowledged within seven days. Late applications will not be considered.
For a detailed job description, including conditions of employment, please send an email to nlarecruitment@ilearn.edu.mt or call 2598 3325.