Infakkarkom illi wara t-tiġrija li organizzajna fit-18 ta’ April li għadda fil-korsa ta’ Ħal Kirkop/Ħal Safi, nhar it-Tlieta 23 ta’ Mejju se ssir it-tieni tiġrija ta’ 5 kilometri fuq il-korsa tal-By-Pass ta’ l-Imtarfa, li se ssir ukoll fit-3.00 pm.

Naf li hemm numru sostanzjali ta’ atleti li ħadu sehem fl-ewwel tiġrija li diġa’ kkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom f’din it-tieni tiġrija billi ħallsu l-prezz speċjali ta’ €20 għaż-żewġ tiġrijiet, imma hemm ukoll numru ta’ atleti li ma setgħux jieħdu sehem fl-ewwel tiġrija imma jixtiequ jieħdu sehem f’din it-tieni waħda u għaldaqstant qed tintbagħat kopja tal-formola ta’ applikazzjonijiet sabiex min huwa nteressat ikun jista’ jimla din il-formola u jibgħatha biex jikkonferma l-parteċipazzjoni tieghu jew tagħha.

Tajjeb infakkarkom illi l-ħlas ta’ parteċipazzjoni għal min se jieħu sehem f’din it-tiġrija biss huwa ta’ €12 kull parteċipant.

Bħas-soltu se jingħataw premjijiet mhux biss lill-ewwel tlieta klassifikati kemm fil-kategorija ta’ l-irġiel kif ukoll tan-nisa, imma anke skont l-age categories u fuq bażi ta’ timijiet. Infakkru wkoll li l-preżentazzjoni tal-premjijiet issir fi tmiem l-istaġun 2016-2017 meta ssir iċ-Ċerimonja tal-Preżentazzjoni ta’ l-attivitajiet kollha li jiġu organizzati mill-MESA.