Il-Malta Employees Sports Association (MESA) se torganizza it-tieni tiġrija ta’ 5 kilometri għal dan l-istaġun nhar il-Erbgħa, 31 ta’ Jannar 2018 fuq il-korsa tal-Imtarfa By-Pass. It-tiġrija se ssir fit-3.00 p.m. u se tkun it-tieni waħda minn serje ta’ tliet tiġrijiet li l-MESA se torganizza bejn Ottubru 2017 u Mejju 2018. Il-ħlas ta’ parteċipazzjoni huwa ta’ €12 kull parteċipant imma dawk l-atleti li ħadu sehem fl-ewwel tiġrija li saret fis-17 ta’ Novembru 2017 se jkunu ntitolati għal ħlas ridott ta’ €10.
Kif diġa’ ħabbarna meta saret l-ewwel tiġrija f’Novembru, se jingħataw premjijiet lir-rebbieħa ta’ dawn it-tiġrijiet, pero’ bid-differenza li dawn il-premjijiet jingħataw wara li jsir aggregate tar-riżultati miksuba fit-tiġrijiet kollha. Xorta waħda se jingħataw premjijiet mhux biss għall-aqwa tlieta overall maskili u femminili, imma anke skont l-age categories bħal ma ngħataw fil-passat.
Dawk li jixtiequ jieħdu sehem f’din it-tiġrija huma mitluba jimlew il-formola ta’ parteċipazzjoni li qed tintbagħat ma’ din iċ-Ċirkolari u jibghatuha lis-Segretarju tal-MESA fuq mariosaliba51@gmail.com.