Agenzija Żgħażagħ qed torganizza seminar ta’  nofs ta’ nhar fejn se tiġi diskussa t-tema – Iż-Żgħażagħ u t-Tmexxija.  Żgħażagħ li qed imexxu jew jaspiraw li jmexxu huma mistednin jattendu.  Dan is-seminar ser isir fil-Youth village, Aġenzija Żgħażagħ, Triq il-Kbira San Gużepp, Santa Venera fil-25 ta’ Novembru bejn 9:15 u 12:30.

Dan is-seminar se joffri l-parteċipanti l-opportunita li jiddiskutu aspetti tat-tmexxija fosthom benefiċċji u sfidi, kif ukoll involviment politiku.  Se jkun hemm mistednin rilevanti għas-suġġett.  Skont ma joħroġ mill-workshops ippjanati, huwa intiż li jkomplu jsiru seminars li jgħinu liż-żgħażagħ jifhmu u jitħejjew aktar fil-qasam tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ.

Dawk interessati għandhom jimlew il-formola tal-applikazzjoni li tinsab fuq dan il-link https://goo.gl/forms/OojFExIKglQrusHP2 u jibgħathielna lura sa mhux aktar tard minn 23/11/2017.

Għal aktar informazzjoni ibgħatu email fuq isabelle.mallia@gov.mt