TIĠRIJA TA’ 5 KILOMETRI NHAR IL-ĠIMGĦA, 30 TA’ JANNAR FL-IMTARFA BY-PASS Il-MESA se torganizza l-ewwel tiġrija ta’ 5 kilometri għal dan l-istaġun nhar il-Ġimgħa, 30 ta’ Jannar 2015 fl-4.00 p.m. fil-By-Pass ta’ l-Imtarfa.
F’din it-tiġrija jistgħu jieħdu sehem atleti mhux biss mid-dipartimenti u entitajiet li huma diġa’ affiljati mal-MESA imma anke minn dipartimenti u entitajiet oħra tal-Gvern. Il-ħlas ta’ parteċipazzjoni se jkun ta’ €12 kull atleta li jieħu sehem u se jkun hemm premjijiet mhux biss għall-aqwa tlieta fil-kategorija maskili u dik femminili, kif ukoll għall-aqwa tliet timijiet iffurmati minn erba’ atleti, imma anke premjijiet oħra skond l-etajiet, imma dan ikun jiddependi wkoll mill-ammont ta’ atleti li jieħdu sehem.
Infakkru li fl-aħħar tiġrija li organizzajna f’Mejju li għadda tajna wkoll premju għall-aktar atleta anzjan kemm maskili kif ukoll femminili li spiċċaw it-tiġrija. Ma’ din iċ-Ċirkolari qed tintbagħat il-Formola ta’ Parteċipazzjoni li trid timtela minn kull parteċipant u tingħata lill-organizzaturi qabel it-tiġrija flimkien mal-ħlas ta’ parteċipazzjoni.
Min ikollu xi diffikulta’ dwar it-tiġrija għandu jikkuntattja lis-Segretarju, MESA, fuq dan l-email address, jiġifieri knmsal@maltanet.net jew mariosaliba51@gmail.com. Importanti li tinfurmawna mill-aktar fis bin-numru ta’ parteċipanti u jekk hu possibli l-ismijiet minn kull dipartiment jew entita’.