Għeżież Studenti, Għalliema u Staff,

Kultant ikollna x-xorti li niltaqgħu ma’ persuni speċjali, eċċezzjonali

Ġganti ta’ persuni li nammiraw u jmissulna ħajjitna...

 

Don Bosco minn dejjem kien isaħħar għal warajh lil min jiltaqa’ miegħu.

Speċjalment liż-żgħażagħ li tant kienu jammirawh u jħobbuh.

 

Jiena personalment kemm il-darba tlabt l-għajnuna tiegħu għall-ġid taż-żgħażagħ li laqqagħni magħhom

u l-għajnuna li kien hemm bżonnha dejjem waslet.

 

Ejja iltaqa’ ma’ dan l-Edukatur ta’ klassi.

Ejja ħares lejh b’qima u itolbu jkun gwida għalik fil-ħajja u x-xogħol tiegħek.

Ejja itolbu f’qalbek għall-bżonnijiet tiegħek, tal-familja u tal-maħbubin tiegħek,

għax fih issib bniedem li jifhem lil kull żagħżugħ u żagħżugħa.

 

Ġwanni Bosco hu bniedem li ddedika ħajtu għaż-żgħażagħ

u għalkemm twieled 200 sena ilu, għadu kapaċi jmissilna qalbna anke llum.

 

Se nġibuh l-MCAST biex ikun viċin iż-żgħażagħ.

Apposta. Għalik ukoll.

Ejja nhar il-Ġimgħa fil-Main Hall, mit-8.30 sal-10am. Titlifx dan iċ-ċans.

**  Jekk għandek bżonn, se jkollna Exemption Letters fil-Main Hall  **

 

Ara l-videoclip tal-Aħbarijiet dwar Don Bosco:   Is-Salesjani fl-MCAST u Don Bosco f’Malta fil-jiem li ġejjin

http://www.tvm.com.mt/mt/news/is-salesjani-fl-mcast-u-don-bosco-fmalta-fil-jiem-li-gejjin/

 

Fr. Antoine

f’isem it-Tim tac-Chaplaincy