Il-Malta Employees Sports Association (MESA) se torganizza tiġrija ta’ 5 kilometri nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Novembru 2017 fuq il-korsa ta’ Ħal Kirkop-Ħal Safi. Din il-korsa diġa’ organizzajna tiġrijiet simili fiha fl-aħħar sentejn. It-tiġrija se ssir fit-3.00 p.m. u se tkun l-ewwel waħda minn serje ta’ tiġrijiet li l-MESA se torganizza matul dan l-istaġun bħalma ġara l-istaġun li għadda meta ġew organizzati tliet tiġrijiet. Il-ħlas ta’ parteċipazzjoni huwa ta’ €12 kull parteċipant.

Se jingħataw premjijiet lir-rebbieħa ta’ dawn it-tiġrijiet, pero’ bid-differenza li dawn il-premjijiet jingħataw wara li jsir aggregate tar-riżultati miksuba fit-tiġrijiet kollha. Xorta waħda se jingħataw premjijiet mhux biss għall-aqwa tlieta overall maskili u femminili, imma anke skont l-age categories bħal ma ngħataw fil-passat.

Dawk li jixtiequ jieħdu sehem f’din it-tiġrija huma mitluba jimlew il-formola ta’ parteċipazzjoni li qed tintbagħat ma’ din iċ-Ċirkolari u jibghatuha lis-Segretarju tal-MESA fuq mariosaliba51@gmail.com.