Il-MESA se tkompli bl-attivitajiet tagħha x-xahar id-dieħel billi torganizza Tournament tal-Volleyball (Mixed) fl-24 ta’ Novembru 2017 fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Dan it-Tournament se jibda fis-1.30 p.m. u bħalma kien il-każ fis-snin li għaddew se jintlagħab fuq bażi ta’ teams iffurmati minn players kemm irġiel kif ukoll nisa, bid-differenza li waqt il-logħob kull team irid ikollu mill-inqas żewġ players femminili l-ħin kollu fil-court.

Kull min huwa nteressat illi jieħu sehem f’dan it-Tournament huwa mitlub jinforma mill-aktar fis lis-Segretarju tal-MESA fuq l-email address mariosaliba51@gmail.com. Il-ħlas ta’ parteċipazzjoni huwa ta’ €50 kull team u jingħataw premjijiet lill-ewwel teams ikklassifikati.